Tqassim tal-Ewwel Ħoss bin-Naħal u l-Fjuri
Din l-attività ta’ tqassim tal-ewwel ħoss hija mod sempliċi u interessanti biex tippromwovi l-iżvilupp tal-litteriżmu bikri u l-għarfien fonoloġiku.
L-istudenti jqassmu l-istampi skont l-ewwel ħoss tagħhom billi jqabblu l-petali man-naħal. L-istampi jgħinu biex l-attività tkun aktar aċċessibbli u motivanti, speċjalment għal tfal iżgħar jew għal dawk li għandhom bżonn aktar sapport.
Din ir-riżorsa tinkludi 24 petala bi stampi ta’ kliem frekwenti, 5 'mats' tan-naħal għat-tqassim tal-ħsejjes, kif ukoll lista tal-kliem biex tiffaċilita l-preparazzjoni tal-attività.
Sempliċiment ipprintja u aqta’! Ideali għal xogħol f’gruppi żgħar, sessjonijiet individwali jew bħala prattika addizzjonali.
Hemm ukoll verżjoni bl-Ingliż ta’ din l-attività, u ż-żewġ verżjonijiet aktar ’il quddiem se jkunu inklużi f’bundle wieħed.
Jekk għandek xi mistoqsijiet jew suġġerimenti, tista’ tikkuntattjani permezz tal-email tagħna fuq accessibilityspeech@gmail.com.