Aqra' u Qabbel Kliem KVK, KVKV u KVKK mal-Istampi
Din l-attività ta’ tqabbil ta’ kliem KVK, KVKV u KVKK mal-istamp hija mod sempliċi u interessanti biex tippromwovi l-iżvilupp tal-litteriżmu bikri u l-għarfien fonoloġiku.
L-istudenti jaqraw u jqabblu kliem KVK, KVKV u KVKK mal-istampa t-tajba billi jqabbluhom flimkien, sabiex jipprattikaw il-qari bikri b’mod prattiku u interattiv. Il-viżwali jgħinu biex l-attività tkun aktar aċċessibbli u motivanti, speċjalment għal tfal iżgħar jew għal dawk li jibbenefikaw minn aktar sapport.
Din ir-riżorsa tinkludi 36 stampi ta’ kliem frekwenti u 36 il-kelma tal-istampi inklużi fl-attivita'.
Sempliċiment ipprintja u aqta’! Ideali għal xogħol f’gruppi żgħar, sessjonijiet individwali jew bħala prattika addizzjonali.
Hemm ukoll verżjoni bl-Ingliż ta’ din l-attività, u ż-żewġ verżjonijiet aktar ’il quddiem se jkunu inklużi f’bundle wieħed.
Jekk għandek xi mistoqsijiet jew suġġerimenti, tista’ tikkuntattjani permezz tal-email tagħna fuq accessibilityspeech@gmail.com.