Attività ta’ Tqabbil ta’ Kliem li Jirrima
Din l-attività ta’ tqabbil ta’ kliem li jirrima hija mod sempliċi u interessanti biex tippromwovi l-iżvilupp tal-litteriżmu bikri u l-għarfien fonoloġiku.
L-istudenti jqabblu pari ta’ kliem li jirrima billi jgħaqqdu biċċiet ta’ ’puzzle’. L-istampi jgħinu biex l-attività tkun aktar aċċessibbli u motivanti, speċjalment għal tfal iżgħar jew għal dawk li għandhom bżonn aktar sapport.
Din ir-riżorsa tinkludi 24 par ta’ kliem li jirrima (48 stampa b’kollox), flimkien ma’ lista tal-kliem biex tiffaċilita l-preparazzjoni tal-attività.
Sempliċiment ipprintja u aqta’!. Ideali għal xogħol f’gruppi żgħar, sessjonijiet individwali jew bħala prattika addizzjonali.
Verżjoni bl-Ingliż ta’ din l-attività hija wkoll disponibbli, u ż-żewġ verżjonijiet aktar ’il quddiem se jkunu inklużi f’bundle wieħed.
Jekk għandek xi mistoqsijiet jew suġġerimenti, tista’ tikkuntattjani permezz tal-email tagħna fuq accessibilityspeech@gmail.com.