Tqassim tal-Aħħar Ħoss bl-Annimali tal-Baħar

Din l-attività ta’ tqassim tal-aħħar ħoss hija mod sempliċi u interessanti biex tippromwovi l-iżvilupp tal-litteriżmu bikri u l-għarfien fonoloġiku.

L-istudenti jqassmu l-istampi skont l-aħħar ħoss tagħhom billi jqabblu l-annimali tal-baħar mal-ibħra differenti. L-istampi jgħinu biex l-attività tkun aktar aċċessibbli u motivanti, speċjalment għal tfal iżgħar jew għal dawk li għandhom bżonn aktar sapport.

Din ir-riżorsa tinkludi 20 annimal tal-baħar bi stampi ta’ kliem frekwenti, 5 'mats' tal-ibħra għat-tqassim tal-ħsejjes, kif ukoll lista tal-kliem biex tiffaċilita l-preparazzjoni tal-attività.

Sempliċiment ipprintja u aqta’! Ideali għal xogħol f’gruppi żgħar, sessjonijiet individwali jew bħala prattika addizzjonali.

Hemm ukoll verżjoni bl-Ingliż ta’ din l-attività, u ż-żewġ verżjonijiet aktar ’il quddiem se jkunu inklużi f’bundle wieħed.

Jekk għandek xi mistoqsijiet jew suġġerimenti, tista’ tikkuntattjani permezz tal-email tagħna fuq accessibilityspeech@gmail.com.

Previous
Previous

Under the Sea Final Sound Sorting

Next
Next

CVC & CVCC Word to Picture Match