X'Hemm fis-Senduq?
Agħmlu t-tagħlim aktar divertenti b'din l-attività tematika tas-sajf! Permezz ta' sensiela ta' ħjiel, it-tfal huma mħeġġa jaħsbu, jiddeskrivu u jaqtgħu liema oġġett tas-sajf qed jiġi deskritt. Wara, jistgħu jqabblu t-tweġiba tagħhom mal-karta tal-istampa korrispondenti.
Din ir-riżorsa hija ideali biex tissaħħaħ il-vokabularju, il-ħiliet ta' inferenza u d-deskrizzjoni, kemm waqt is-sessjonijiet tat-terapija kif ukoll fil-klassi jew id-dar.
X'Jinkludi
• 50 oġġett bit-tema tas-sajf
• 50 karta bil-ħjiel biex it-tfal jaqtgħu l-oġġett
• Verżjoni bil-kulur
• Verżjoni iswed u abjad
Ideali għal
• Terapija tal-lingwa u t-taħdit
• Attivitajiet fil-klassi
• Gruppi żgħar
• Prattika d-dar
Jekk għoġbitek din ir-riżorsa, napprezza ħafna jekk tħalli feedback għax dan jgħin biex inkompli noħloq aktar materjal edukattiv. Jekk għandek xi mistoqsijiet jew suġġerimenti, tista’ tikkuntattjani fuq accesabilityspeech@gmail.com.