Pakkett għall-Ħiliet Fonoloġiċi u l-Litteriżmu Bikri

Dan il-pakkett ta’ attivitajiet fonoloġiċi u tal-litteriżmu bikri huwa mod divertenti u interattiv biex jgħin fl-iżvilupp tal-ħiliet bikrin tal-qari, il-fonika, u l-għarfien tal-ħsejjes.

Permezz ta’ dawn l-attivitajiet prattiċi, it-tfal jipprattikaw diversi ħiliet importanti fosthom ir-rima, it-taħlit tal-ħsejjes (blending), it-tqassim tas-sillabi, il-ħsejjes tal-bidu, u l-ħsejjes finali. Il-viżwali ikkuluriti u l-attivitajiet interattivi jgħinu biex it-tagħlim ikun aktar motivanti u aċċessibbli, speċjalment għal tfal iżgħar jew għal dawk li jibbenefikaw minn aktar appoġġ.

Dan il-pakkett jinkludi 5 attivitajiet differenti:
Tqabbil ta’ Kliem li Jirrima - Din ir-riżorsa tinkludi 24 par ta’ kliem li jirrima (48 stampa b’kollox), flimkien ma’ lista tal-kliem biex tiffaċilita l-preparazzjoni tal-attività.

Aqra' u Qabbel Kliem KVK, KVKV u KVKK mal-Istampi - tinkludi 36 stampi ta’ kliem frekwenti u 36 il-kelma tal-istampi inklużi fl-attivita
Attività ta’ Tqassim tas-Sillabi bl-Għasafar u l-Bejtiet - Din ir-riżorsa tinkludi 20 għasfur ikkulurit b’karti ta’ stampi ta’ kliem ta’ frekwenza għolja, 4 bejtiet għall-għażla tas-sillabi biex isir it-tqassim, u lista ta’ kliem biex tiffaċilita t-tħejjija tal-attività.
Tqassim tal-Ewwel Ħoss bin-Naħal u l-Fjuri - Din ir-riżorsa tinkludi 24 petala bi stampi ta’ kliem frekwenti, 5 'mats' tan-naħal għat-tqassim tal-ħsejjes, kif ukoll lista tal-kliem biex tiffaċilita l-preparazzjoni tal-attività.

Tqassim tal-Aħħar Ħoss bl-Annimali tal-Baħar - Din ir-riżorsa tinkludi 20 annimal tal-baħar bi stampi ta’ kliem frekwenti, 5 'mats' tal-ibħra għat-tqassim tal-ħsejjes, kif ukoll lista tal-kliem biex tiffaċilita l-preparazzjoni tal-attività.

Sempliċement ipprintja u aqta’, u tkun lest biex tibda. Dawn l-attivitajiet huma ideali għal ċentri tal-litteriżmu, xogħol fi gruppi żgħar, sessjonijiet individwali, interventi edukattivi, jew aktar prattika tal-fonika.

Verżjoni bl-Ingliż ta’ dan il-pakkett hija wkoll disponibbli, u ż-żewġ verżjonijiet jistgħu wkoll jinxtraw flimkien bħala pakkett akbar.

Jekk tieħu gost tuża din ir-riżorsa, napprezza ħafna jekk tħalli feedback għax dan jgħin biex inkompli noħloq aktar materjal edukattiv. Jekk għandek xi mistoqsijiet jew suġġerimenti, tista’ tikkuntattjani fuq accesabilityspeech@gmail.com. Dejjem kuntent ngħin!

Previous
Previous

Early Literacy and Phonological Awareness Bundle

Next
Next

Early Literacy and Phonological Awareness BILINGUAL Bundle