Tisliba bil-Malti | Tema Sajfija | Ħiliet tal-Lingwa |
Żid ftit gost tas-sajf mas-sessjonijiet tiegħek b'din it-Tisliba tas-Sajf bil-Malti B'XEJN! Din l-attività tinkludi 10 kelmiet relatati mas-sajf u ħjiel li jgħinu fit-tisħiħ tal-vokabularju, il-qari, u l-ħiliet tal-lingwa b'mod divertenti u motivanti.
Ideali għall-għalliema, terapisti tal-lingwa u t-taħdit, u ġenituri li qed ifittxu attività sempliċi u lesta matul ix-xhur tas-sajf.
X'hemm Inkluż?
✓ Tisliba waħda b'tema tas-sajf
✓ 10 kelmiet relatati mas-sajf
✓ Ħjiel mimdudin u weqfin
✓ Soluzzjonijiet inklużi
✓ PDF lest għall-istampar (bil-Kulur u Black and White)
Sempliċement ipprintja u uża! Din l-attività tajba għal sessjonijiet individwali, terapija tal-lingwa u l-komunikazzjoni, gruppi żgħar, interventi edukattivi, jew aktar prattika tal-lingwa matul ix-xhur tas-sajf.
Jekk tieħu gost tuża din ir-riżorsa, napprezza ħafna jekk tħalli feedback għax dan jgħin biex inkompli noħloq aktar materjal edukattiv. Jekk għandek xi mistoqsijiet jew suġġerimenti, tista’ tikkuntattjani fuq accesabilityspeech@gmail.com.